
il-kumitat kellu zmien qasir biex jorganizza l-attivitajiet tac-centinarju. F'dak l-istess zmien il-kumitat diga kellu l-progett ta' tisbieh tal-kazin. Il-partitarji De Paule xtaqu li jonoraw dan ic-centinarju b'rigal sabih kif jixraq lil din is-socjeta'.
Gie deciz li ssir statwa ta' Kristu Re bhala rigal.
Il-partitarji De Paule ikkummissjonaw lil Martin Grima biex tkun fir-responsabilta tieghu biex issir l-istatwa fil-kartapesta. Martin Grima kien jaghmel parti mill-istess kumitat. Peress li Martin f'dak iz-zmien kien qed jattendi ta' spiss fl-istudio ta' l-iskultur ta' fama kbira chev.Alfred Camilleri Cauchi, ressaq din il-proposta biex tkun tista' issir din l-istatwa.
L-iskultur mill-ewwel accetta. Kienu zminijiet sbieh u ta' sfida kbira ghax b'xorti tajba l-iskultur kien qieghed iqatta' l-ewwel statwa kbira fl-injam, li kienet ser tirraprezenta lill-Kristu Rxoxt ghall-bazilika ta San Gorg gewwa Ghawdex. Darba fost l-ohrajn, l-iskultur harreg bi proposta u staqsa lil Martin biex l-istatwa li kien ser jahdem fil-kartapesta, jekk jaccettaw il-partitarji De Paule, issir fl-injam.
Il-kumitat inhasdu bdin il-proposta ghax kienet wahda unika, tant uhekk li meta Martin mar ikellem lill-skultur dan induna lil kien ghadu mahsud b'proposta bhal dik.sahansitra, anke l-iskultur u dawk kollha ta' madwaru tfixklu bdin il-proposta. Ghax dan fillli kienet ser issir statwa tal-kartapesta u filli ha ssir statwa tal-injam. Dik il-gimgha stess il-kumitat iltaqgha hu minnufih accetta l-proposta tal-iskultur li l-istatwa ssir tal-injam. L-ghada stess, Martin mar ghand l-iskultur u x'hin qallu lil l-kumitat accetta biex l-istatwa issir tal-injam,
l-iskultur hakmu hafna l-entuzjazmu u kien jidher kuntent hafna. Wara li gie deciz li l-istatwa ssir fl-injam Martin u l-iskultur marru ghand id-ditta SMW Cortis Ltd ta' Haz-Zebbug biex jaraw issibuwx zokk addatat. ghalhekk kien importanti li jkun l-iskultur li jaghzel iz-zokk ghax hu kien ser jahdem fih, kien gie importat zokk tal-kewba 'acajou' mill-Afrika tal-punent, mil-foresta tal-guinea, mid-ditta stess. 
Iz-zokk kien gie stazzjonat u mqatta' mis-segerija tad-ditta fil-11 ta' Gunju 1997. Is-Sibt 14 ta' Gunju, il-kumpanija hadet iz-zokk fl-istudio tal-iskultur gewwa l-Fgura. Dan kien mument indimentikabli ghaz-zghazagh u partitarji, u anki ghall-iskultur. Dan ghaliex l-iskultur kien ha jkollu wahda mil-opri li dejjem xtaq isehh realta'. Din ix-xewqa kienet li jqatta statwa tal-injam fil kobor kif ghamlu skulturi tal-imghoddi gewwa Malta stess. Fl-istess hin is-sabih ta' din l-opra huwa li l-iskultur kellu l-okkazzjoni li kien ghadu kif lesta lil Kristu Rxoxt u t-tieni okkazzjoni fl-injam kienet li jqatta lil-Kristu Re. B'hekk wiehed jinnota li bhal xogholijiet fl-injam kien hemm dejjem involut Kristu. Meta toqod thares lejn bliet u rhula f'Malta, ahna rahal iffurtunat ghax kemm il-parrocca kif ukoll il-banda ddedikata lil-Kristu Re.
Il-partitarji sa dak iz-zmien kellom hjil zghir kif kienet gejja ezzatament l-istatwa,imma nahseb li dak huwa s-sabih li tidhol ghal dawn it-tip ta' sfidi fil-hajja.
Kienet sfida kbira ghal-iskultur, kellu ghadma iebsa ghax il-bicca xoghol mhux li tqatta' l-injam biss izda kemm int kapaci x'tohrog miz-zokk. Meta l-opra bdiet titaqatta' trid tkun taf ezzatament xi trid taghmel ghax meta taghmel xi zball, l-opra tirvinaha u l-ikultur kellu din l-isfida kbira.
Minn hemm il-quddiem din l-ahbar griet ma' kullimkien, kemm mal-kumitat, ma' rahal gdid, mal-ibliet u l-rhula. peress li partitarji De Paule huma dilettanti tal-festi, tkellmu mad-dilettanti ohra u kulhadd beda jghad x'bicca xoghol is-socjeta' diehla ghaliha, u kif ser nirnexxu u naslu ghaliha. Imma partitarji dejjem imxew id f'id bejnietom kif ukoll mal-iskultur.
Fiz-zminijiet l-imghoddija kienet xi haga sabiha li kief ghamlu missirijietna fi bliet u rhula ohrajn maltin u ghawdxin ghall festi taghhom, kulhadd ikollu il-meravilji taghhom u hekk l-istess ghamlu l-partitarji De Paule ghal rahal taghhom.
Fil-festi kollox huwa mportanti, kemm in-nar, kemm il-banda u l-armar kif ukoll il-marc ghax il-festa minghajr dawn l-elementi ma tkunx sabiha. Pero', fuq quddiem net, u hekk ghandu jkun anke bhala rispett lejn il-qaddis jew qaddisa, l-iktar haga mportanti hija xbiha tal-patrun li tieghu tkun qieghda tigi ccelebrata. Din l-opra rnexxiet fis-sena 1998 meta is-socjeta De Paule b'gest ta' apprezzament irregalaw lis-socjeta' l-istatwa tant majestuza u gojjel artistiku ta' Kristu Re.
Fis-sena 2008 din l-istatwa ghalqet l-ghaxar anniversarju taghha. Ghaldaqstant kien ferm xieraq li f'jum il-fondazzjoni 21 ta' Gunju 2008 harget minn postha fil-kazin u ntramat f'nofs il-pjazza ma' genb il-plancier, biex ahna ikoll niftakru fl-ghaxar anivversarju ta' din l-istatwa permezz ta' kuncert mill-banda tas-socjeta .

